Friday, April 26, 2024

Aġġornat: Tarbija ta’ 6 xhur titlef ħajjitha wara li għerqet f’banju

Aqra wkoll

Tarbija ta’ sitt xhur tilfet ħajjitha ġewwa l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni llum hija għerqet f’banju.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.00p.m. ġewwa propretà privata li tinsab fi Triq l-Arżnell, San Pawl il-baħar.

Fuq il-post issejħu diversi ħaddiema tal-emerġenza u tobba li minnufih bdew jagħtu l-ewwel għajnuna lit-tarbija. Il-kundizzjoni tat-tarbija kienet waħda kritika.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.

Sport