Saturday, May 4, 2024

Kylian Mbappe viċin Real Madrid

Aqra wkoll

Real Madrid jinsabu viċin li jiffinalizzaw l-iffirmar tal-attakkant ta’ Paris Saint-Germain, Kylian Mbappe.

Wara li ħareġ li l-ġganti Spanjoli kienu għamlu offerta formali għall-player aktar kmieni din il-ġimgħa, iż-żewġ clubs skambjaw kliem li ssuġġerixxa li l-iffinalizzar ta’ ftehim kien se jkun wieħed diffiċli.

Madankollu, jingħad li l-Los Blancos tejbu l-offerta tagħhom għal €170m  flimkien ma’ €10m f’bonuses, termini li realistikament ikollhom jiġu kkunsidrati mill-kontropartijiet tagħhom ta’ PSG.

Il-club Franċiż mistenni jaċċetta formalment dik l-offerta illum, u joħloq il-possibbiltà li Real Madrid iħabbru l-akkwist ta’ da nil-player aktar tard matul il-ġurnata.

Minħabba x-xewqa dokumentata sew ta’ Mbappe li jagħmel il-bidla għall-Bernabeu, it-termini personali huma mistennija li jkunu formalità.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena fadallu inqas minn 12-il xahar fil-kuntratt tiegħu fil-Parc des Princes, u kollox qed jindika li huwa pass ‘il bogħod milli jingħaqad ma’ Real Madrid.

Sport