Monday, April 29, 2024

Ritorn sensazzjonali għal Cristiano Ronaldo ma’ Manchester Utd?

Aqra wkoll

Ole Gunnar Solskjaer fetaħ il-bieb għal Cristiano Ronaldo biex jagħmel ritorn drammatiku lejn Manchester United.

L-aġent ta’ Ronaldo, Jorge Mendes, kien f’taħditiet mal-ġirien Manchester City wara li l-istilla Portugiża ddeċida li jitlaq lil Juventus, iżda sar magħruf il-Ġimgħa wara nofsinhar li t-team immexxi minn Pep Guardiola mhux se jiffirmah.

Il-club Taljan ried ħlas ta’ trasferiment ta’ £25 miljun iżda Man City kienu qed jinsistu għal free transfer u biex Ronaldo jieħu tnaqqis fil-paga tiegħu ta’ £500,000 fil-ġimgħa.

U Manchester United urew sensazzjonalment l-interess tagħhom fil-leġġenda ta’ Old Trafford nhar il-Ġimgħa meta Solskjaer għamilha ċara li kien se jilqa’ lura fil-club ir-lill-fenomenu Portugiż ta’ 36 sena.

“Ronaldo huwa leġġenda tal-club u l-aqwa player ta’ kull żmien,’ qal il-manager ta’ Manchester United. ‘Ma kontx naħseb li kien se jitlaq lil Juventus. Dejjem kellna komunikazzjoni tajba u naf li Bruno Fernandes ilu jitkellem miegħu.’

“Hu jaf dak li nħossu fuqu. Jekk qatt kien se jjħalli minn Juventus, jaf li qegħdin hawn.’

“Meta tkun Messi, Ronaldo, Pogba jew Bruno Fernandes, trid taqra ħafna dwarek innifsek. Ejja naraw x’jiġri minn Cristiano, għax huwa leġġenda ta’ dan il-club.’

“Ma rridx nispekula wisq fuq Cristiano. Aħna niffokaw fuq dawk li għandna hawn. Għidt kemm-il darba, meta tkun Man United jew Lionel Messi, Ronaldo taqra ħafna dwarek innifsek.’

“Kelli x-xorti li nilgħab miegħu u nikkowċjah. Kull min lagħab miegħu għandu ammirazzjoni kbira lejh.”

Sport