Il-ġurnata tal-lum tfakkar l-għaxar sena mindu seħħet it-traġedja fl-Għarb, meta ħdejn il-kappella ta’ San Dimitri kienet splodiet il-kamra tan-nar tal-familja Farrugia.
Fl-isplużjoni li nħasset minn bosta lokalitajiet madwar Għawdex kienu tilfu ħajjithom sitt persuni – Nenu Farrugia ta’ 67 sena, Raymond Farrugia ta’ 32 sena, Antionette Farrugia ta’ 27 sena, Noel Farrugia ta’ 31 sena, Peter Paul Micallef ta’ 35 sena, u Jean Pierre Azzopardi ta’ 27 sena.
Din hija l-akbar traġedja marbuta ma’ kmamar tan-nar.