Wednesday, April 24, 2024

Anzjan ta’ 85 sena l-14-il vittma tal-Covid-19

Aqra wkoll

Raġel ta’ 85 sena huwa l-14-il vittma tal-coronavirus f’pajjiżna. Il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan kien irriżulta pożittiv fis-26 ta’ Awwissu u ddaħħal l-Isptar għall-kura fl-1 ta’ Settembru wara li l-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-agħar.

Huwa miet aktar kmieni llum fit-Taqsima tal-Mard Infettiv.

Il-Ministeru offra l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan u appella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Ir-raġel huwa r-raba’ vittma tal-Covid-19 fi żmien ġimgħa. Dan wara li raġel ta’ 89 sena miet nhar it-Tlieta li għadda, u mara ta’ 86 sena u raġel ta’ 85 sena mietu is-Sibt u l-Ħadd rispettivament.

Sport