Thursday, March 28, 2024

30 każ ġdid filwaqt li jirkupraw 36 persuna

Aqra wkoll

Mill-1,703 swab test li saru fuq medda ta’ 24 siegħa, kien hemm 30 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 36 persuna li kienu reġistrati bħala li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex il-każi attivi issa niżli għal 399 każ, bit-total kumplessiv ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19 sa minn Marzu ’l hawn jammonta għal 2014.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ irriżultaw tliet każi li kienu qraba ta’ każi diġà pożittivi, ħames każi ta’ tixrid tal-virus fuq il-post tax-xogħol, u tliet każi li kienu ġew f’kuntatt ma’ persuni diġà pożittivi.

Ekonomija

Sport