Friday, April 19, 2024

Iweġġa’ gravi wara li jaqa’ żewġ sulari minn fuq scaffolding

Aqra wkoll

Raġel ta’ 61 sena mill-Qala sofra ġrieħi ta’ natura gravi wra li waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari minn fuq scaffoldin fi ġnien ta’ residenza.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9.30 a.m. fi Triq Wied is-Simar, il-Qala.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna lir-raġel u wara ħaduh b’ambulanza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport