Saturday, December 28, 2024

L-20 edizzjoni ta’ Summer on the Move  

Aqra wkoll

SportMalta qed taċċetta bookings għall-programm Summer on the Move ta’ din is-sena. Issa fl-20 edizzjoni tiegħu, SportMalta baqgħet leali lejn l-għeruq tagħha billi offriet programm tas-sajf ibbażat kollu kemm hu fuq sport u attività fiżika. 

Matul is-snin, eluf ta’ tfal u adulti tgħallmu jgħumu u bdew jipprattikaw xi sport permezz ta’ dan il-programm. Summer on the Move jipprovdi esperjenzi li huma kemm pjaċevoli kif ukoll impenjattivi, b’enfasi fuq l-iżvilupp ta’ ħiliet fil-litteriżmu fiżiku u ħiliet sportivi ewlenin għal tfal minn 4 snin ‘il fuq, kif ukoll sessjonijiet ta’ fitness għall-adulti li qed ifittxu li jibqgħu attivi matul is-sajf. 

Il-programm ta’ filgħodu huwa offrut bl-għażla ta’ jumejn, tlett jew ħames t’ijiem fil-ġimgħa, b’sessjonijiet ta’ għawm u sport differenti li jvarjaw minn 3 sa 6 sigħat kuljum. Il-programmi ta’ filgħaxija joffru sessjonijiet ta’ siegħa fi sport differenti u t-tfal huma mħeġġa jagħżlu attivitajiet differenti matul il-ġimgħa. 

Il-programm huwa offrut fil-Kumplessi Sportivi tal-Kottonera, Ħal Kirkop u Tal-Qroqq, l-Iskola Sekondarja tal-Mosta (Żokrija), Vikings Sailing Club u Għawdex. Din is-sena, il-programm fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera se jinkorpora wkoll sessjonijiet ta’ għawm fil-pixxina indoor ġdida fjamanta ta’ daqs Olimpiku. 

Summer on the move se jiftaħ il-bibien tiegħu nhar it-Tnejn 10 ta’ Lulju u se jibqa’ għaddej għal tmien ġimgħat u jintemm fis-7 ta’ Settembru, b’waqfa qasira f’nofs Awwissu. Booking huwa disponibbli online permezz ta’ din il-link – https://sportmalta.mt/programmes/online-booking-form/. Għal aktar informazzjoni ikkuntattja lil SportMalta fuq 22036000. 

Ekonomija

Sport