Friday, November 22, 2024

L-2024 storikament l-aktar sena sħuna fid-dinja 

Aqra wkoll

Issa sar virtwalment ċert li s-sena l-2024, li hija sena kkaratterizzata minn mewġiet ta’ sħana qawwija u maltempati fatali, se tkun l-aktar perijodu sħun li qatt ġie rekordjat fid-dinja, skont ma qed juru projezzjonijiet mis-servizz Ewropew tal-klima.

It-temperaturi medji globali matul ta’ matul din is-sena huma fir-rotta ta’ tisħin klimatiku ta’ aktar minn 1.5°C mil-livelli preindustrijali, li jagħmlu l-2024 l-ewwel sena kalendarja li kisret din il-marka simbolika.

Dawn it-temperaturi għoljin huma prinċipalment dovuti għall-bidla fil-klima kkawżata mill-bniedem, b’kontribuzzjonijiet iżgħar minn fatturi naturali bħall-uragani u ċikluni.

Ix-xjentisti jgħidu li dan għandu jservi ta’ twissija u sejħa ta’ allarm qabel il-konferenza COP29 tan-Nazzjonijiet Uniti tal-ġimgħa d-dieħla dwar il-klima  li se ssir fl-Ażerbajġan.

Dan l-aħħar rekord jibgħat ukoll twissija qawwija oħra lill-gvernijiet fil-COP29 dwar il-ħtieġa urġenti għal azzjoni biex jiġi limitat kwalunkwe tisħin ulterjuri. 

It-temperaturi globali kienu tant għoljin matul l-ewwel 10 xhur tal-2024 li huwa kważi impossibbli li dawn jaqgħu jew jitbaxxew fl-aħħar xahrejn ta’ din is-sena. Fil-fatt, huwa probabbli li l-2024 tispiċċa mill-inqas 1.55°C aktar sħuna minn żminijiet preindustrijali, skont dejta mis-Servizz Ewropew għat-Tibdil fil-Klima Copernicus.

It-terminu “Pre-industrijali” fil-lingwaġġ xjentifiku jirreferi għall-perjodu ta’ referenza bejn l-1850-1900, li bejn wieħed u ieħor huwa ekwivalenti għaż-żmien qabel ma l-bnedmin bdew isaħħnu l-pjaneta b’mod sinifikanti,  billi jaħarqu ammonti kbar ta’ fjuwils fossili.

Il-projezzjoni li l-2024 tista’ taqbeż ir-rekord attwali ta’ 1.48°C, ġie stabbilit is-sena l-oħra. Dan jimmarka pass ġdid fir-rekords tat-temperatura globali, tgħid Samantha Burgess, deputat direttur ta’ Copernicus – is-Servizz Ewropew għat-Tibdil fil-Klima.

Dan jirrappreżenta wkoll l-ewwel darba li sena kalendarja qabżet 1.5°C ta’ tisħin, skont id-dejta ta’ Copernicus.

Kważi 200 pajjiż kienu wegħdu li jippruvaw jillimitaw iż-żidiet fit-temperatura fit-tul għal dak il-livell taħt il-ftehim ta’ Pariġi dwar il-klima fl-2015, bit-tama li jevitaw xi wħud mill-agħar impatti tat-tibdil fil-klima.

Jekk jinkiser il-limitu ta’ 1.5°C, dan ma jfissirx li l-mira ta’ Pariġi tkun inkisret, għax tirreferi għal temperaturi medji fuq perjodu ta’ 20 sena sabiex itaffu l-varjabilità naturali.

Iżda kull ksur ta ‘sena jġib id-dinja eqreb biex tgħaddi l-marka 1.5°C fuq medda itwal ta’ żmien. Ix-xahar li għadda, in-NU wissiet li d-dinja tista’ tissaħħan b’aktar minn 3C dan is-seklu abbażi tal-politiki attwali.

Is-sħana tal-bidu tal-2024 ġiet imsaħħa mill-mudell naturali fejn wiċċ l-ilmijiet fl-Oċean Paċifiku tropikali tal-Lvant huma aktar sħan mis-soltu, u jirrilaxxa sħana żejda fl-atmosfera. Matul l-aħħar ġimgħa, it-temperaturi medji globali stabbilixxew rekords ġodda skont id-dejta ta’ Copernicus.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport