Studju ppubblikat fl-aħħar jiem jgħid li matul l-2019 madwar id-dinja kollha kien hemm iktar minn 1.2 miljun persuna li tilfu ħajjithom kawża ta’ batterji li huma reżistenti għall-antibijotiċi. In-numru ta’ mwiet kawża ta’ dan huwa ikbar minn dawk ikkawżati mill-malajra jew l-Aids u l-pajjiżi faqar huma l-aktar milquta ħażin.
Fid-dawl ta’ dan, l-istudju jħeġġeġ biex ikun hemm investiment qawwi ħalli tiġi żviluppata mediċina ġdida u biex il-mediċina li għandna bħalissa tiġi użata b’mod iktar għaqli.
Minħabba l-użu eċċessiv tal-antibiotics fl-aħħar snin – li ħafna drabi ngħataw minħabba infezzjonijiet żgħar – wassal biex dawn qed ikunu dejjem inqas effettivi kontra infezzjonjiet iktar b’saħħithom. L-esperti li għamlu dan ir-rapport qalu li llum il-ġurnata nies qed imutu kawża ta’ infezzjonijiet li sa ftit tas-snin ilu kienu jiġu mfejqa b’mod faċli. Dan għax il-batterji qed isiru reżistenti għat-trattamenti preżenti.
Uffiċjali tas-Saħħa tar-Renju Unit qalu li din is-sitwazzjoni hija “pandemija moħbija” u hija waħda ta’ tħassib serju. Huma tennew li għalhekk it-tobba għandhom jagħtu l-antibijotiċi lill-pazjenti b’mod