Wednesday, December 25, 2024

L-ACE tawgura lir-ristoranti li ġew onorati jew ikkonfermati b’Michelin Star għall-2023

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) awgurat lir-restoranti kollha li ġew ikkonfermati jew onorati b’Michelin Star għall-2023. L-ACE awgurat ukoll lil dawk kollha lil ġew ikkonfermati jew inklużi fil-lista Michelin Guide.

L-inklużjoni tar-restoranti lokali għal dawn iċ-ċertifikati prestiġjużi, hija konferma tal-eċċellenza tal-ikel Malti, u prova oħra kemm hija importanti din l-industrija fil-gżejjer Maltin. Tikkonferma wkoll l-viżjoni tal-Gvern li jħares ‘il quddiem għal dan is-settur kif ukoll l-impenn li hemm mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Istitut tal-Istudji Turistiċi għal din l-industrija tant importanti biex tkompli tikber.

ACE tħoss ukoll li tali lista mhux ir-riflessjoni vera ta’ dak li qed jintlaħaq minn stabbilimenti varji tal-ikel. L-Assoċjazzjoni tħoss li hemm stabbilimenti li qegħdin jinvestu bil-qawwa fir-riżorsi u t-talent tagħhom biex jintlaħaq dan il-livell, fejn uħud minnhom qegħdin jinvestu fil-kunċett farm and fork, kemm fuq bażi internazzjonali u anke għas-suq lokali.

Hemm oħrajn li qegħdin jaħdmu fuq kunċetti u niċeċ ta’ ikel li qiegħed fl-istess livell għal dak li joffru stabbilimenti kbar tal-ikel internazzjonali.

ACE temmet tgħid li l-kisba ta’ Michelin għandu jirrifletti l-talent u l-kwalità tal-industrija tal-ikel. Dan il-prinċipju mhux bilfors qiegħed jintlaħaq sena wara oħra bil-lista Michelin Guide.

Ekonomija

Sport