Friday, December 20, 2024

L-adozzjonijiet mill-Indja jibqgħu popolari mal-Maltin

… l-adozzjonijiet lokali għadhom ftit

Aqra wkoll

Bejn l-2017 u l-2022, koppji Maltin adottaw bejniethom 162 tifel u tifla minn diversi pajjiżi barranin. L-akbar ammont minn dawn l-adozzjonijiet (141) kienu tfal mill-Indja. Pajjiżi oħra li minnhom saru l-adozzjonijiet hemm il-Bulgarija (3), il-Portugall (12), l-Islovakkja (5) u saħansitra t-Taljandja (1). 

Dawn il-figuri ħarġu minn diversi tweġibiet parlamentari li ta l-Ministru Jo Etienne Abela fuq informazzjoni li ġiet mgħoddija lill-Awtorità Ċentrali, fi ħdan l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, mill-aġenziji akkreditati għall-adozzjoni.

Huwa spjega li bħalissa hemm 11-il pajjiż minn fejn qed ikun permess li jsiru adozzjonijiet tat-tfal. Dawn huma l-Bulgarija, iċ-Ċili, il-Kolumbja, l-Indja, il-Polonja, ir-Rumanija, it-Tajlandja, l-Albanija, l-Islovakkja, il-Portugall u l-Vjetnam. 

Bħalissa hemm 117-il ġenitur adottivi prospettivi li huma ddikjarati li jistgħu jadottaw u qed jistennew biex jinstabulhom tifel jew tifla, filwaqt li hemm 45 ġenituri adottivi prospettivi oħra li diġà nstabulhom tfal u qed jistennew digriet mill-Qorti. 

B’kuntrast mal-adozzjonijiet minn barra l-pajjiż, il-Ministru Abela stqarr li lokalment kien hemm biss disa’ adozzjonijiet fil-perjodu msemmi.

Ekonomija

Sport