Friday, May 3, 2024

Chelsea offruti lil Sergino Dest bi bdil ma’ Marcos Alonso

Aqra wkoll

Chelsea ġew offruti ċ-ċans li jiffirmaw lid-difensur lemini ta’ Barcelona Sergino Dest bħala parti mill-ftehim għal Marcos Alonso.

Il-karriera ta’ dan tal-aħħar fi Stamford Bridge ħadet bidla għall-aħjar taħt il-gwida ta’ Thomas Tuchel, u huwa rreġistra erba’ goals u ħames assists fi 28 logħba tal-Premier League fl-istaġun.

Alonso dalwaqt se jidħol fl-aħħar 12-il xahar tal-kuntratt tiegħu fi Stamford Bridge, madankollu, u Barcelona qed jimbuttaw ħafna biex jiffirmaw lill-player ta’ 31 sena fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

Sport