Saturday, December 21, 2024

L-ADPD: Il-Budget ma jindirizzax direttament il-problema pendenti ta’ paga minima diċenti

Aqra wkoll

Fl-ewwel kummenti tiegħu dwar il-Budget 2022, iċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo, qal li parti sostanzjali tal-baġit hija lista ta’ benefiċċji, uħud ġodda u oħrajn kontinwazzjoni ta’ dawk li diġà tħabbru fis-snin li għaddew.

Huwa qal iżda li l-Budget fih numru ta’ kontradizzjonijiet. “Huwa tajjeb li l-Gvern jinvesti bil-kbir fi proġett ta’ afforestazzjoni fil-limiti tal-Park Inwadar ta’ Marsaskala, żona li l-Gvern reċentement ried jiżviluppa f’Università. Il-Gvern ġie sfurzat mill-opinjoni pubblika biex ibiddel dawn il-pjanijiet. Il-Gvern se jinkoraġġixxi l-afforestazzjoni iżda min-naħa l-oħra qed jippjana li jeqred il-Bajja ta’ Marsaskala billi jibdilha f’jott marina. “

Cacopardo qal li huwa tajjeb li tippjana titjib f’żoni industrijali, xi ħaġa li ssir referenza għaliha sena wara sena, iżda qal li ma jagħmilx sens li l-art industrijali skarsa f’Ħal Far tiġi meħuda għat-tlielaq tal-karozzi.

Huwa qal li dan il-Budget, filwaqt li joffri diversi benefiċċji, ma jindirizzax direttament il-problema pendenti ta’ paga minima deċenti. Żied jgħid li l-paga minima teħtieġ tiżdied sostanzjalment iżda fi kliemu l-Gvern qed jopponi dan kollu. Qal li jekk il-gvern jemmen dak li jgħid għandu jibdel ir-rotta u jara li l-paga minima tkun waħda li fuqha n-nies jistgħu jgħixu b’mod deċenti.

Ekonomija

Sport