Sunday, December 22, 2024

L-ADPD tgħid li “mhawn l-ebda sit adattat għat-trakka”

Aqra wkoll

“Birżebbuġa hu diġa mgħobbi bit-tniġġis mill-istorbju u ma jiflaħx li jkun suġġettat għal iktar.” Dan qalitu Dr Melissa Bagley, residenta Birżebbuġa, Deputat Segretarju Ġenerali ta’ ADPD-The Green Party u kandidat f’isem ADPD fuq il-5 Distrett Elettorali li minnu Birżebbuġa tagħmel parti.

Skont l-ADPD, “il-proposta għal trakka għat-tlielaq tal-karozzi f’Ħal Far ser iżżid mal-istorbju li bih diġa hu ibbumbardjat Birżebbuġa kemm mill-ajruplani li jinżlu minn fuq Birżebbuġa għall-ajruport, kif ukoll mit-Terminal tal-Port Ħieles. Dawn diġa qed jissuġġettaw lil Birżebbuġa għal storbju kważi kontinwu matul il-ġurnata. Birżebbuġa ma tiflaħx iktar. Il-proposta tal-Gvern b’ħafna pompa, issa lejliet l-elezzjoni, hi waħda insensittiva għall-aħħar għax ifisser li l-Gvern jiġi jaqa’ u jqum mill-interessi tar-residenti ta’Birżebbuġa.”

“Is-sit hu diġa użat għat-tlielaq fi tmiem il-ġimgħa. L-istorbju ġġenerat f’dawn il-ġranet jasal anke sa Ħal Safi u Ħal Kirkop, aħseb u ara sa Birżebbuġa. Xi drabi l-attività konnessa mat-tlielaq tal-karozzi ġieli damet anke sas-sagħtejn ta’ filgħodu,” ikkonkludiet tgħid l-ADPD

Ekonomija

Sport