Sunday, May 19, 2024

Mara ta’ 35 sena tmut waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 24 każ ġdid u rkupraw 21 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa telgħu għal 313.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm sitt persuna rikoverati u li ħadd minnhom ma jinsab fit-Taqsima tal-kura intensiva.

It-total tal-vittmi tal-Covid-19 issa huwa 458 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietet mara ta’ 35 sena waqt li kienet pożittiva bil-virus. 

Sal-bieraħ kienu ngħataw 826,504 doża tal-vaċċin li minnhom 13,720 huma booster dose.

Sport