Saturday, May 4, 2024

AĠĠORNAT: Jinżamm arrestat iż-żagħżugħ li allegatament qatel 4 fjammingi fil-Qawra

Aqra wkoll

Aġġornat:

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena li allegatament qatel erba’ fjammingi fil-Qawra nżamm arrestat mill-Pulizija.

Il-Pulizija, permezz ta’ stqarrija li r-raġel se jitressaq il-Qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa  Dr. Elaine Mercieca LL.D. għall-ħabta tas-siegħa

Aktar qabel:

Żagħżugħ ta’ 23 sena residenti l-Gżira ġie arrestat mill-Pulizija wara li allegtament spara fuq erba’ fjammingi.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:30 a.m meta l-Pulizija rċeviet rapport li fl-inħawi ta’ Fra Ben fil-Qawra kienu ġew sparati xi tiri fuq tajr protett.

Mal-wasla tagħhom, il-Pulizija tal-Environmental Protection Unit, dawk tar-Rapid Intervention Unit u dawk tad-Distrett, innotaw vettura li allegatament kienet taż-żagħżugħ li spara it-tiri. Minn tfittxija li saret fil-post, instabu arma tan-nar, munizzjoni u erba’ fjammingi mejtin.

Kien grazzi għal ħidma ta’ uffiċjali mill-Forzi Armati ta’ Malta li ttellgħu tlieta mill- erba’ fjammingi maqtulin mill-baħar, filwaqt li r-raba’ wieħed instab fuq il-blat.

Is-suspettat ittieħed fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana u għadu qiegħed jinżamm għal aktar stħarriġ.

Sport