Hekk kif illejla Inter se jilagħbu kontra Atletico Madrid f’Estadio Wanda Metropolitano, id-diriġenti Nerazzurri għandhom għan wieħed dak li jġeddu l-kuntratt tal-attakkant prolifiku tagħhom Lautaro Martinez.
Iċ-ċans li jagħmlu dan qiegħed hemm minħabba li l-plejer Arġentin hu ferm kuntent f’Suning Centre u l-ħsieb li jagħmel dan hu ferm tajjeb.
Sadanittant l-aġent ta’ Martinez tenna li Inter iridu jkunu lesti li jżidulu l-bonus tiegħu apparti li jkollu żieda fis-salarju bażiku.
Lautaro għandu 26 sena u ilu ma’ Inter sa mis-sena 2018 fejn skorja 102 gowls f’198 partita.