L-aġent tal-attakkant internazzjonali Senegaliż, Sadio Mane, akkuża lil Bayern Munich, li riedu jeħilsu minnu minħabba li huwa player Afrikan kif ukoll kien l-aktar player imħallas b’salarju ta’ €260,000 fil-ġimħa.
Wara li ngħaqad mal-Bavarjani għal €35 miljun mingħand Liverpool, Mane kellu sena diffiċli maċ-champions Ġermaniżi u meta ġieh iċ-ċans, huwa ngħaqad mal-club Sawdi, Al-Nassr.
Id-deċiżjoni li Bayern iċedu lil dan il-player ta’ 31 sena, ma kinetx fuq football iżda għax ħad ma ried jaċċetta li player Afrikan ikollu l-akbar salarju fi ħdan il-club.
Aktar minn hekk, kien hemm min uża l-ġlieda ma’ Leroy Sane, f’nofs l-istaġun, bħala skuża biex Mane jitkeċċa mill-club.
Peró issa kollox huwa kapitlu magħluq hekk kif ingħaqad mal-club Sawdi b’salarju ta’ £650,000 fil-ġimgħa.