Friday, November 22, 2024

L-aġent tal-photocopiers mormijin viċin Għar Ħasan se jgħaddi s-serial numbers lill-Pulizija

Aqra wkoll

“Jalla ħadd ma jikkopja dan il-ġest tiegħek.” Kien b’dan il-kliem iebes li l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli kkundannat l-aġir irresponsabbli ta’ persuna jew persuni li remew tliet photocopiers ħdejn Għar Ħasan fil-limiti ta’ Birżebbuġa.

“Ngħidlek biss: maħmuġ kif tgħidlek il-maġġoranza tal-Maltin li jħobbu lil pajjiżna,” ikkummentat il-Ministru Farrugia Portelli.

Intant b’rabta ma’ dan id-Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone saħaq li tkellem mal-aġent tad-ditta tal-photocopiers mormijin u saħaq li l-aġent kien se jgħaddi serial numbers tal-photocopiers biex jiġi identifikat min huwa l-persuna responsabbli.

Sport