Saturday, May 18, 2024

Delia jkompli bil-kritika tiegħu kontra l-Gvern

Aqra wkoll

Waqt li kien qed jiġi intervistat fuq Net TV, il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-PN dejjem kien il-partit li jrid jagħmel saħħa lin-nies, mentri qal li l-Partit Laburista jagħmel bil-maqlub u jara li l-istituzzjonijiet huma użati biex iċ-ċittadini iġibhom żgħar biex b’hekk ikun jista’ jiġbidlu l-ispaga. Delia qal li l-Gvern irid jikkontrolla l-qrati ħalli jiddeċiedi hu kif għandhom isiru l-affarijiet. Huwa tenna għal darb’oħra li bħala PN jridu Kummissarju tal-Pulizija li ma jħares lejn wiċċ ħadd. Delia qal: “Naħseb il-poplu jixraqlu Kummissarju li hekk kif jonqos iż-żgħir jittieħdu l-passi u l-istess meta jonqos il-politiku. M’hemmx biża’ u jmexxi kontra kulħadd.”

Delia qal li lanqas fil-parti tal-ekonomija m’hemmx fiduċja għax fuq naħa, skont Delia, hemm il-Ministru tal-Ekonomija li fuq Facebook qisu jrid isikket lil min jagħmillu xi kritika, u fuq naħa oħra hemm il-Ministru tal-Finanzi li suppost jagħtina fiduċja imma qed jonqos milli jagħmel dan. Delia qal, “trid tkun insensittiv li għandek eluf ġodda mingħajr xogħol u mhux talli ma tafx min huma imma qas taf kemm huma.” Huwa qal li l-ekonomija mhix waħda għaqlija billi tkabbar il-popolazzjoni għax tikkrolla f’daqqa. Delia qal li dan iż-żmien qiegħed juri iżjed biċ-ċar kif il-mudell ekonomiku tal-Gvern li jibni l-ekonomija fuq iż-żieda fil-popolazzjoni u l-konsum kien wieħed ħażin u mhux sostenibbli.

Il-Kap tal-PN qal li iżda l-Gvern mhux qed jibgħat sinjal li l-affarijiet se jsiru b’mod differenti meta bagħat il-proposti tiegħu għar-riforma Kostituzzjonali lill-Kummissjoni Venezja mingħajr diskussjoni u mingħajr ma nforma lil ħadd lanqas lill-President li qed imexxi d-diskussjonijiet. Adrian Delia qal li l-Gvern Laburista jrid li jibqa’ jaħtaf ix-xandir pubbliku u l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna biex iċ-ċittadini jibqa’ jħossu żgħir biex jikkontrolla lin-nies.

Sport