Sunday, May 5, 2024

FILMAT: Imut l-alligatur li jingħad li kien il-pet ta’ Hitler

Aqra wkoll

Alligatur li jingħad li kien il-pet privat tad-dittatur Nażist Adolf Hitlet miet ilbieraħ wara li għex 84 sena. L-alligatur “Saturn” għex fi tliet pajjiżi differenti, u kien wieħed mill-ftit annimali miz-Zoo ta’ Berlin li salvaw mill-bombi li ntefgħu fuq Berlin matul it-Tieni Gwerra Dinjija.

Huwa eventwalment kien qed jinżamm fiz-Zoo ta’ Moska, fejn miet ilbieraħ.

L-alligatur kien twieled fl-Istati Uniti fl-1936, iżda mbagħad eventwalment itieħed fiz-Zoo ta’ Berlin.

Sa tmiem il-gwerra inqas minn 100 animmali, mit-3,500 li kienu jgħixu fiz-zoo irnexxilhom isalvaw mill-bombi mitfugħin mill-alleati. Saturn kien rapportat li ħarab miz-Zoo ta’ Berlin wara li dan safa milqut f’wieħed mill-attakki li twettqu mill-alleati, u kellhom jgħaddu tliet snin qabel ma eventwalment instab mill-ġdid.

Id-dittatur Nażist Adolf Hitler kien magħruf għall-kollezzjoni estensiva ta’ annimali eżotiċi li kellu fil-pussess tiegħu, u x-xniegħa hija li l-alligatur kien il-pet personali tiegħu.

Intant fi stqarrija z-Zoo ta’ Moska qalet li Saturn bla dubju se jibqa’ mfakkar wara li għex fiz-zoo gal xejn inqas minn 74 sena.

Sport