L-aġenti tal-attakkant ta’ Manchester United Marcus Rashford jinsabu l-Italja sabiex jibdew diskussjonijiet ma’ AC Milan dwar il-possibbilta’ li jkun hemm trasferiment proprju matul dan ix-xahar ta’ Jannar.
Rashford jidher ħerqan li jingħaqad mar-Rossoneri u fil-bidu ta’ din il-ġimgħa segwa sew x’kien qed jiġri fil-finali tas-Super Cup Taljana mirbuħa minn AC Milan. Jidher li hemm ċertu entużjażmu min-naħa tal-plejer ta’ 27 sena sabiex jibda avventura ġdida u fis-Serie A hu jaf jagħmel dan kollu.