Saturday, December 21, 2024

L-Aġenzija Amerikana għall-Protezzjoni Ambjentali tapprova żewġ sprays li tgħid li joqtlu l-Coronavirus f’żewġ minuti

Aqra wkoll

L-Aġenzija Amerikana għall-Protezzjoni Ambjentali approvat żewġ sprays b’diżinfettant li jingħad li joqtlu b’mod effettiv lill-virus li jikkawża l-Coronavirus. 

Dawn l-isprays li jisimhom Lysol Disinfectant Spray u Lysol Disinfectant Max Cover Mist huma l-ewwel żewġ diżinfettanti approvati għall-abilità tagħhom li joqtlu l-virus. 

F’Mejju, din l-aġenzija kienet irrakkomandat lill-pubbliku biex inaddfu d-dar b’diżinfettanti komuni li huma rreġistrati minnhom. Madankollu, issa qiegħda tħabbar li dawn iż-żewġ diżinfettanti huma speċifikament effettivi għal kontra l-Coronavirus. 

Jidher li dawn huma l-ewwel żewġ prodotti li ġew ittestjati fil-laboratorju u li saret reviżjoni tagħhom. 

Ekonomija

Sport