Saturday, December 21, 2024

L-Aġenzija Ġermaniża Scope tikkonferema ir-rating ta’ A+ għall-ekonomija Maltija

Aqra wkoll

L-aġenzija tal-kreditu Ġermaniża Scope ikkonfermat mill-ġdid ir-rating ta’ A+ għall-ekonomija Maltija bi prospetti stabbli.

Fir-rapport tagħha, Scope tkellmet dwar id-deċiżjoni tal-FATF li tpoġġi lil Malta fuq il-lista l-griża u qalet li tali deċiżjoni għandha effett limitat fuq ir-rating ta’ pajjiżna.

L-aġenzija qalet li fost ir-raġunijiet għalfejn qed tafferma r-rating ta’ A+ huwa minħabba potenzjal ta’ tkabbir ekonomiku robust. Osservat il-fatt li pajjiżna esperjenza tkabbir ekonomiku b’saħħtu ħafna f’dawn l-aħħar snin li jagħmel lil pajjiżna bit-tieni ekonomija fl-Unjoni Ewropea li qed tikber b’rata m’għaġġla wara l-Irlanda.

L-aġenzija Ġermaniża nnotat ukoll il-fatt li qabel il-pandemija tal-Covid-19, meta mqabbel mal-prodott domestiku gross, id-dejn ta’ pajjiżna kien qed jieħu xejra l-isfel. Dan abbinat mal-fatt li pajjiżna kien qed jirreġistra surplus wara l-ieħor.

Innutat ukoll li pajjiżna għamel progress sostanzjali biex isaħħaħ il-ġlieda tiegħu kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu fl-aħħar snin.

L-aġenzijia qalet ukoll li pajjiżna għandu jesperjenza rkupru ekonomiku minnufih, bid-dejn imbassar li jinżel mill-2023.

Ekonomija

Sport