Monday, May 13, 2024

Tfajla Ingliża tinżamm arrestata wara li ġiet mixlija b’sensiela ta’ serqiet

Aqra wkoll

Investigazzjoni mill-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun rigward numru ta’ serqiet li saru bejn Novembru tas-sena l-oħra u Marzu ta’ din is-sena wasslet biex giet arrestata tfajla Ingliża ta’ 18-il sena li toqgħod ir-Rabat li allegatament wettqet dawn is-serqiet.

Il-Pulizija elevat numru ta’ filmati minn kameras tas-sigurtà minn kumpless ta’ stabbilimenti f’Tas-Sliema li juru lill-istess tfajla, fi ġranet differenti, tisraq ħwejjeġ minn tliet ħwienet li jinsabu fl-istess kumpless.

Minn iktar investigazzjonijiet li saru rriżulta li t-tfajla Ingliza allegatament dawwret favur tagħha aktar minn €10,000 fi transazzjonijiet għad-dannu tal-kumpanija li kienet taħdem magħha.

Heide Jennifer Payne, tressqet quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fejn ċaħdet l-akkużi miġjuba kontra tagħha iżda baqgħet tinżamm arrestata.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Attard.

Sport