Saturday, December 14, 2024

L-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi li b’kollox hemm tliet priġunieri Maltin bi strajk tal-ġuħ

Aqra wkoll

B’referenza għal rapporti u stqarrija dwar strajk tal-ġuh fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi kkonfermat li hemm tliet priġunieri Maltin li bdew strajk tal-ġuħ. 

L-Aġenzija qalet li r-raġuni speċifika li ngħatat lill-uffiċjali tal-ħabs kienet dik li ma ridux priġunieri ġodda, li nzertaw ta’ nazzjonalità barranija, fl-istess diviżjoni tagħhom. 

L-istrajk beda lbieraħ tard wara nofsinhar u s-saħħa ta’ dawn il-priġunieri qiegħda tkun segwita mit-tobba tal-faċilità.

Is-sistema ta’ privileġġi li għandhom il-priġunieri f’din id-diviżjoni huma l-istess li għandhom il-priġunieri kollha. L-istess privileġġi jingħataw jew jittieħdu skont l-imġieba u l-azzjonijiet tal-priġunieri fl-interess tad-dixxiplina fil-ħabs.

Ekonomija

Sport