Friday, December 27, 2024

RITRATTI: L-aħdar u l-aħmar jispikkaw fil-festa ta’ Ħaż-Żebbuġ 

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija, il-festi tradizzjonali Maltin irritornaw bil-kbir u reġgħu bdew isiru kif konna nafuhom qabel fl-ibliet u l-irħula tagħna. Festi mimlija briju, marċi, kuluri u anke sorpriżi li jinżlu ferm tajjeb mad-dilettanti li jkunu qed jistennew b’ħerqa kbira li tasal il-ġurnata tal-festa f’ġieħ il-Patrun/a tal-lokal.

Din is-sentiment inħass ukoll fit-toroq ewlenin ta’ Ħaż-Żebbuġ waqt il-marċ ta’ filgħodu fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Filep. Il-fotografu tagħna ġibed xi ritratti tal-partitarji jiċċelebraw il-festa quddiem il-każini rispettivi tagħhom, b’uħud minnhom li tkellmu magħna jesprimu sodisfazzjon li setgħu jerġgħu jiċċelebraw il-festa b’mod sħiħ bħalma kienu mdorrijin qabel. Spikkaw ukoll il-kuluri ħodor u ħomor, assoċjati mal-każini tal-baned ta’ San Filep. 

Minbarra f’Ħaż-Żebbuġ, kienet iċċelebrata wkoll il-festa tat-Trinità Qaddisa fil-Marsa u dik ta’ Kristu Ewkaristiku Salvatur fl-Għasri, Għawdex.

Ekonomija

Sport