Friday, July 19, 2024

L-AĦĦAR AĠĠORNAMENT: Miċħuda talba għar-rikuża ta’ Maġistrat fil-kawża tal-Vitals

Aqra wkoll

Maġistrat ċaħad talba li saret biex huwa jirrikuża ruħu milli jisma’ l-każ kontra l-eks Ministru Chris Fearne, il-Prof. Edward Scicluna u 12-il persuna oħra u ordna li jkomplu jinstemgħu l-proċeduri.

Kien il-Maġistrat Leonard Caruana li llum ċaħad din it-talba hekk kif mitluba mill-Avukati li qed jidhru għall-imputati, wara li sostna li din it-talba kienet tirrikjedi raġunijiet konkreti mid-Difiża u mhux biżżejjed li tgħid li tinsab imħassba bl-allegat imparzjalità ta’ Maġistrat.

Il-Maġistrat Caruana kompla jgħid li huwa dejjem ħalla lill-Avukati Difensuri jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom iżda talabhom biss biex ma jirrepetux ruħhom sabiex ma jinħeliex il-ħin tal-Qorti.

Il-kawża b’rabta mal-konċessjoni għat-tmexxija tat-tliet sptarijiet bdiet ilbieraħ wara li s-seduta tad-29 ta’ Mejju ġiet annullata wara li wieħed mill-akkużati ma kienx notifikat kif suppost bl-imputazzjonijiet miġjuba kontra tiegħu.

Wara 10 sigħat, id-Difiża kienet ġibdet l-attenzjoni li l-Prosekuzzjoni ħadet żball fin-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija DF Advocates. Intant, fis-seduta tal-lum xehed fost l-oħrajn ir-Reġistratur tal-Qorti Franklin Calleja. Qal li f’dan l-istadju qed isiru kopji tal-inkjesta sabiex dawn jingħataw lid-difiża.

Mistoqsi jekk kienx jaf fihom it-78 kaxxa “bi provi”, ix-xhud wieġeb fin-negattiv. Kompla jgħid li dawn tpoġġew fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Xehed ukoll is-Supretendent Rennie Stivala stazzjonat fit-Taqsima tar-Reati Finanzjarji fejn qal li xogħlu kien li jġib dak li titlob il-Maġistrat inkwerenti.

Qal li flimkien mal-kollegi tiegħu kienu għamlu numru ta’ tfittxijiet fi proprjetajiet u uffiċini ta’ Nexia BT, Ivan Vassallo u Pierre Sladden, fejn ġew elevati numru ta’ dokumenti.

Il-każ ikompli.

Aktar kmieni: – L-avukat Psaila jagħmel talba f’isem id-Difiża lill-Maġistrat Leonard Caruana sabiex dan jastjeni milli jisma’ l-proċeduri. Kien hawn fejn id-Difiża qalet li minħabba l-andament tal-proċeduri, il-Qorti qed timxi b’mod żvantaġġjat magħhom,jiġifierimad-Difiża.

Ta’ minwieħed jinnota li minħabba l-fatt li tressqu diversi lmenti mid-Difiża, sa issa għadu ma xehed. ħadd.

Il-kawża hija sospiża u mistennija terġa’ tibdagħall-ħabta tas-1:30 p.m.

Aktar kmieni: Hekk kif kompliet is-seduta, fil-Qorti, il-Maġistrat Caruana qara d-deċiżjoni meħuda, bl-avukat Mercieca jagħmel talba għal revokazzjoni tad-digriet. ippreżenta kopja tal-minuti fil-proċeduri kriminali fi Frar tal-2016.

L-avukat qajjem argument, fejn sostna li d-digriet kien skorrett. L-avukat Montalto u Psaila qablu ma’ dak illi qal l-avukat Mercieca. Hawnhekk, huma qalu wkoll li se jkollhom inqas żmien biex jikkontestaw id-digriet, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona dak li qalet id-Difiża.

Aktar kmieni: L-avukat Franco Debono ilmenta li ħadd ma jaf minn fejn ġew dawn id-dokumenti u wissa li se jitlob investigazzjoni.Saret ukoll talba sabiex qabel is-smigħ tal-provi, id-digriet tal-evidenza lid-Difiża tiġi milquggħa, liema talba saret mill-avukat Franco Galea.

Aktar kmieni: Fil-Qorti intwera d-digriet tal-14 ta’ Ġunju u ingħad lidan għadu validu u li għalhekk l-Maġistrat Caruana se jkun qiegħed jimxi miegħu.

Beda wkoll l-eżami ta’ tlett irġiel li qed jirrapreżentaw kumpanija. Meta mistoqsija x’se jwieġbu għall-akkużi miġjuba kontrihom, kien hemm silenzju assolut u ħadd minnhomm ma’ tkellem.

Il-Prosekuzzjoni ppreżentat dokument marbut ma’ dawn l-akkużati, bid-difiża tal-kumpanija tagħmel talba li la darba d-dokument qed jiġi ppreżentat, titlob lil xi ħadd jixhed dwar ll-istess dokument.

Aktar kmieni: Il-Maġistart Caruana nforma lill-avukati tal-akkużati li l-Qorti daħlilha rikors nhar is-Sibt li għadda minn kumpanija. B’reazzjoni għal dan, l-avukat Franco Debono flimkien ma’ Ezekiel Psaila u Jonathon Thomson qalu li huma qed jidhru biss sabiex jikkontestaw in-notifika u l-imputazzjonijiet tal-kumpanija

Aktar kmieni: Għall-ħabta tad-9:30 a.m, jiġifieri minn hawn u ftit ieħor f’Awla 22 se jitressqu mill-ġdid fil-Qorti 14-il persuna fosthom l-eks Ministri Chris Fearne u Edward Scicluna.

Fil-Qorti ingħad li wieħed mill-akkużati ma kienx notifikat bl-imputazzjonijiet miġjuba kontrih ukien għalhekk li fi tmiem is-seduta, il-Maġistrat Caruana kien annulla s-seduta sħiħa.

Għalhekk, illum l-14 -il persuna se jitressqu mill-ġdid daqs li kieku s-smigħ qatt ma sar. Minħabba din ir-raġuni, id-Difiża u l-Prosekuzzjoni għandhom ċans li jressqu l-istess argumenti u saħansitra talbiet ġodda

Dan is-sit se jkun qiegħed jaġġorna b’mod kontinwu.

Ekonomija

Sport