Sunday, December 22, 2024

L-aħħar preparamenti għall-kunċert The BBC Orchestra in Concert

Aqra wkoll

Għaddejjin l-aħħar preparamenti sabiex għada jirritorna The BBC Orchestra in Concert fuq il-Fosos tal-Floriana. Din hija r-raba’ sena li l-BBC Orchestra ser tkun qegħda ttella’ dan l-avveniment f’pajjiżna.

Għal din is-sena t-tema’ magħżula hija marbuta mad-dinja tal-films ta’ Hollywood f’serata li fiha mistennija tinstema mużika orkestrali mill-films popolari: Top Gun Maverick, Indiana Jones, Armageddon u James Bond 007, fost oħrajn.

Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fil-preżenza taċ-Ċermen tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia, id-Direttur tal-BBC Jason Carter u l-Kap ta’ BBC Radio 2 Helen Thomas.

Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka kif dan l-avveniment ser ikompli jsaħħaħ dak li joffri pajjiżna għat-turisti barranin u dawk domestiċi.

“Apparti l-ispettaklu ta’ mużika li ser naraw fuq il-Fosos tal-Floriana, il-kunċert ser jinstema’ wkoll fuq BBC Radio 2 fejn l-udjenza medja ta’ kuljum fuq dan l-istazzjon tar-radju hija stmata li tilħaq 14.5 miljun persuna. Għalhekk dan huwa investiment li permezz tiegħu ser inkomplu ntejbu l-viżibilità tal-Gżejjer Maltin fid-dinja turistika,” saħaq il-Ministru Clayton Bartolo.

Ekonomija

Sport