Saturday, December 21, 2024

L-aħwa Camilleri jiddominaw fil-Hill Climb f’Dawret il-Mellieħa

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Il-Ħadd 24 ta’ Ottubru, l-Island Car Club organizza r-raba’ round tal-Kampjonat Nazzjonali Transport Malta England Insurance Hillclimb. Numru rekord ta’ 89 karozza u sewwieqa pparteċipaw f’dan ir-rawnd tal-kampjonat li ġie organizzat f’Dawret il-Mellieħa fil-Mellieħa.

Kurt Camilleri temm ir-rebbieħ fost is-sewwieqa kollha b’ħin ta 53.355 sekonda. Camilleri kien segwit mill-qrib ħafna minn ħuh Keith Camilleri b’ħin ta’ 53.886 sekondi, distakk ta’ inqas minn sekonda. Keith Camilleri li bħalissa qed jiddefendi t-titlu tiegħu. Fit-tielet post sibna lil Mauro Portelli b’ħin ta’ 59.127 sekondi.

Didier Bugeja fuq Peugeot 106 rebaħ it-tieni klassi fi grupp 3 b’ħin ta’ 64.247 sekondi filwaqt li Edward Calleja fuq Lotus Elise rebaħ it-tieni klassi fi grupp 3 b’ħin ta’ 63.502 sekondi.

F’dan ir-rawnd rajna wkoll ir-ritorn ta’ Mark Micallef fuq il-karozza l-ġdida tiegħu Norma M20F, 2000cc li ikkompeta u rebaħ il-klassi 5 ta grupp 5 billi spiċċa l-korsa f’59.823 sekondi. Micallef spiċċa fir-4 post fost is-sewwieqa kollha.

Ir-rawnd li jmiss, se jsir fl-Imtahleb, limiti tar-Rabat nhar il-Ħadd 14 ta’ Novembru.

Ekonomija

Sport