L-aħwa George u Alfred Degiorgio tilfu kawża fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili li fiha lmentaw li kellhom id-drittijiet tagħhom miksura.
Fil-kawża li fetħu qabel beda l-ġuri b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, huma qalu li ma tħallewx jagħmlu mistoqsijiet lil ċertu xhieda.
Madankollu l-Imħallef Gratio Mercieca ċaħdilhom il-kawża u sostna li l-fatt li ammettew għall-akkużi jfisser li ma setax jordna li x-xhieda jerġgħu jittellgħu jixhdu.
Iż-żewġt aħwa qed jiskontaw piena ta’ 40 sena ħabs kull wieħed wara li fl-14 ta’Ottubru li għadda, fl-ewwel jum tal-ġuri, ammettew li qatlu lil Daphne Caruana Galizia.
Fil-bidu ta’ dan ix-xahar, l-Avukati Noel Bianco u Leslie Cuschieri ffirmaw ir-rikors li ġie mressaq quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali fejn l-aħwa Alfred u George Degiorgio talbu li jerġgħu jgħaddu ġuri mill-ġdid.