Saturday, December 21, 2024

L-AIMS tniedi l-iskema REGitALL sabiex tgħin lill-entitajiet sportivi

Aqra wkoll

L-Awtorita’ tal-Integrita’ fl-Isport Malti; l-AIMS, qed tniedi inizjattiva li permezz tagħha se tkun qed toffri għajnuna lill-Federazzjonijiet, Assoċjazzjonijiet u Clubs sportivi lokali sabiex dawn ikunu ggwidati sabiex jilħqu r-rekwiżiti tal-liġi għar-reġistrazzjoni.

AIMS introduċiet regoli aktar aġġornati sabiex iżżid l-integrita’ fil-mod kif l-entitajiet sportivi jirreġistraw mal-Awtorita’. Dawn ir-regoli ġodda u aġġornati se jżidu s-serjeta’ fil-qasam regolatorju tal-isport. Sabiex l-entitajiet Sportivi ikunu faċilitati li jagħmlu dan, AIMS ħasbet biex tniedi skema u toffrilhom għajnuna professjonali biex jilħqu l-mira li jkunu reġistrati sal-31 ta’ Diċembru 2024.

L-Iskema REGitALL se toffri għajnuna minn professjonisti imqabbda u mħarrġa speċifikament mill-AIMS sabiex dawn jgħinu biex dawn ikunu jistgħu jassistu fil-kompilazzjoni ta’ din ir-reġistrazzjoni.

L-Iskema tieħu in konsiderazzjoni l-fatt li l-għaqdiet sportivi ta’ natura volontarja isibu diffikultajiet biex ikollhom kemm volontarji kif ukoll ħin biex jieħdu ħsieb formalitajiet rikjesti mil-Liġi. Għalhekk l-iskema hija ntiża biex l-Awtorita’ toffri l-għajnuna tant mixtieqa biex l-organizzazzjonijiet sportivi jikkonformaw mal-Liġi permezz ta’ għajnuna offruta mill-Awtorita’. Is-servizzi offruti taħt din l-iskema jibqgħu jiġu offruti sakemm ma jeċċedux il-budget allokat.

Dawn il-professjonisti se jkunu qegħdin jiltaqgħu b’mod regolari mal-uffiċjali ta’ dawn l-organizazzjonijiet sportivi sabiex mhux biss ituhom il-pariri neċċessarji iżda wkoll sabiex fiżikament jgħinuhom fil-proċċess kollu.

L-Awtorita’ tal-Integrita’ fl-Isport, tavża li dawk l-organizazzjonijiet li jixtiequ jibbenefikaw minn din l-għajuna marbuta mal-iskema REGitALL huma mitluba  jimlew din l-applikazzjoni diġitali https://forms.office.com/Pages/ResponsePage.aspx?id=9dnNNLhdvEmsugH2XMpoDcStwEJDTI9MplDdPRZMHktUNlNCWlIxSDU2WDkwRDFJR1BLQ1RIQ1A5Ny4u sa mhux aktar tard min nhar il-Ġiimgħa 11 ta’ Ottubru. 

Għal aktar informazzjoni dwar din l-inizjattiva wieħed jista’ jibgħat email fuq: [email protected]

NB: Il-Liġi għar-reġistrazzjoni ta’ persuni sportivi (verżjoni bil-Maltu u bl-Ingliż) tista’ tiġi aċċessata minn hawn:

https://legislation.mt/eli/sl/626.1/mlt
https://legislation.mt/eli/sl/626.1/eng

Ekonomija

Sport