Monday, September 30, 2024

Konġestjoni kbira tat-traffiku wara inċident fil-limiti ta’ Ħ’Attard

Aqra wkoll

Persuna kellha tidaħħal b’urġenza l-Isptar Mater Dei, wara li għall-ħabta tas-6.15pm seħħ inċident tat-traffiku, fis-Central Link limiti ta’ Ħ’Attard.

Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit, jidher li seħħet ħabta bejn karozza u mutur bil-sewwieq tal-mutur tingħata assistenza medika minnfih fuq il-post sakemm setgħet tittiħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika.

Fuq il-post issejħu wkoll uffiċjali minn Transport Malta minħabba konġezzjoni kbira tat-traffiku li nġemgħet mill-Imrieħel direzzjoni lejn Ħ’Attard.

Is-sewwieqa huma mħeġġa jevitaw l-akwati.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport