Wednesday, October 9, 2024

Il-KSI tuża teknoloġiji AI u AR biex iżżied l-effiċjenza fis-settur tal-ilma

Aqra wkoll

Waqt laqgħa għall-midja mmexxija mill-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) Karl Cilia, il-Korporazzjoni ppreżentat aġġornamenti importanti rigward il-Pjan ta’ Investiment Nazzjonali (NIP) għall-2023-2033. Waqt il-laqgħa, ingħatat informazzjoni dwar miri ewlenin, proġetti li għadhom għaddejjin, u strateġiji li jħarsu ‘l quddiem, inklużi inizjattivi leġiżlattivi u teknoloġiċi ġodda.

Kisbiet Ewlenin u Progress

Il-KSI kisbet progress sostanzjali fit-titjib tal-infrastruttura u tas-servizzi tal-ilma ta’ Malta. Tragwardi sinifikanti jinkludu:

  • Effiċjenza tan-Netwerk: Żieda għal effiċjenza ta’ 72%, li jimmarka titjib notevoli mill-52% irreġistrat fl-2011.
  • Tnaqqis fit-Tnixxija: L-Infrastructure Leakage Index tal-KSI issa huwa ta’ 1.8. Dan jirrappreżenta 9.5% tal-produzzjoni tal-ilma, tnaqqis mit-13% irreġistrat fl-2013, li jirrifletti l-impenn tal-KSI biex jitnaqqas it-telf tal-ilma.
  • Każijiet ta’ Użu Ħażin tal-Ilma: Ġew solvuti aktar minn 100 każ ta’ użu illegali tal-ilma, u b’hekk ġew irkuprati €1 miljun fi dħul mitluf, permezz tal-użu tal-AI.

Punti Prinċipali fl-oqsma Finanzjarji u Operattivi (2023)

  • Billing tal-Ilma: Il-KSI għamlet billing għal 26.5 miljun metru kubu ta’ ilma fl-2023, żieda ta’ 9% mis-sena ta ‘qabel.

    Tkabbir fil-Qligħ: Il-KSI irreġistrat €6.2 miljun fi profitti, li jimmarka żieda ta’ 53%, flimkien ma’ tkabbir fid-dħul ta’ 11.8%.

    Ħruġ Kapitali: Il-korporazzjoni għamlet disbursement ta’ 92% tal-baġit allokat lejha, żieda ta’ 14% sena fuq sena.

Miri Strateġiċi għall-2023-2033

Il-KSI qed tkompli tmexxi ‘l quddiem il-viżjoni strateġika fit-tul tagħha, bi pjan ta’ investiment ta’ €310.5 miljun, li minnhom €126 miljun huma kofinanzjati mill-UE. Il-proġetti ewlenin jinkludu:

  • 100km f’titjib tan-netwerk tal-ilma
  • Upgrades fl-impjanti tar-reverse osmosis u titjib fl-infrastruttura tad-drenaġġ
  • Rinovazzjonijiet ta’ ġibjuni

Proġetti li Għadhom Għaddejjin u Dawk li Tlestew

  • Proġetti tal-Ilma tax-Xorb: 25 proġett fl-istadju pre-tender, u €102.5 miljun ta’ proġetti li qed jiġu implimentati
  • Proġetti tad-Drenaġġ: €6.85 miljun f’xogħlijiet kurrenti u €6.5 miljun fi proġetti li
    tlestew dan l-aħħar.

Karl Cilia tenna d-dedikazzjoni tal-KSI għall-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma. “Il-Pjan ta’ Investiment Nazzjonali tagħna huwa mfassal biex jiżgura futur fejn is-servizzi tal-ilma jkunu effiċjenti, ikomplu jirrispettaw l-ambjent, u jissodisfaw il-ħtiġijiet li qed jevolvu tas-soċjetà tagħna,” qal is-Sur Cilia.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport