Thursday, December 26, 2024

L-Air Malta tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha lejn il-klijenti tagħha

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Air Malta llum ikkonfermat mill-ġdid l-impenn kollu tagħha lejn il- klijenti u tenniet il-wegħda tagħha li tonora t-talbiet għar-rifużjonijiet kollha kif wkoll tipproċessa waħda mit-tliet għażliet ta’ vouchers offruti lill-klijenti biex jirribbukjaw titjiriet futuri.

L-għeluq tal-ajruporti, kif wkoll l-waqfien f’daqqa tad-dħul mill-bejgħ tal- biljetti, ma kienx xenarju li l-industrija tal-avjazzjoni inġenerali qatt ipprevediet. F’dan ir-rigward, il-Linja tal-Ajru, bħal ħafna linji oħra, qed toffri bosta għażliet għar-rifuzjoni biex tiżgura l-istabbiltà finanzjarja u l-operat tal-partijiet interessati kollha fil-katina tad-distribuzzjoni tal- ivvjaġġar u tiffaċilita’ it-talbiet tal-klijenti.

L-Air Malta stqarret li, sal-lum, wara l-għeluq f’daqqa tal-ajruporti, il- Linja tal-Ajru kkanċellat il-fuq minn 5,000 titjira. Dan fixkel il-pjanijiet tal-ivvjaġġar ta’ aktar minn nofs miljun passiġġier, u possibbilment ħafna iktar, hekk kif il-linja tal-ajru qed tirristruttura n-netwerk tagħha. Sal-lum, il-Linja tal-Ajru rċeviet aktar minn 40,000 talba għal rifużjoni, prenotazzjoni mill-ġdid jew għażla ta’ waħda mill-vawċers offruti lill- klijenti tagħha. Hekk kif jgħaddi ż-żmien u n-netwerk tal-linja tal-ajru jieħu l-forma, huma mistennija ħafna talbiet ġodda.

“Tabilħaqq hija sitwazzjoni bla preċedent u l-Linja tal-Ajru mobilizzat numru kbir ta’ riżorsi addizzjonali minn madwar il-kumpanija biex tipproċessa dawn it-talbiet. L-Air Malta tifhem it-tħassib tal-klijenti bid- dewmien sabiex jirċievu tweġibiet, madankollu, sfortunatament, huwa impossibbli li kullħadd jircievi risposta f’waqta. Għat-trasparenza u biex tistabbilixxi l-aspettattivi t-tajba, il-Linja tal-Ajru impenjat ruħha biex tiproċessa t-talbiet sal-aħħar ta’ Ottubru. Għalkemm qed jieħu aktar ħin milli normali, l-Linja tal-Ajru tibqa impenjata li tonora kull talba”, żiedet l-Air Malta.

L-Air Malta tirringrazzja lill-klijenti tagħha għall-paċenzja u l-appoġġ kontinwu tagħhom f’dawn iż-żminijiet diffiċli, madankollu tittama wkoll li l-iskeda tat-titjiriet l-ġdida li ser tibda topera mill-1 ta’ Lulju toffri aktar nies l-opportunità li jivjaġġaw.

Ekonomija

Sport