Sunday, May 5, 2024

Dragonara Casino Jerġa Jiftaħ il-Bibien Tiegħu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dragonara Casino, l-aqwa casino f’Malta, se jerġa jiftaħ il-bibien tiegħu u jilqgħa l-klijenti mil-lejla f’nofs-il lejl.

Il-ftuħ mill-ġdid tal-casino qed isir hekk kif ittieħdu diversi miżuri favur is-saħħa u l-iġene tal-klijenti kif ukoll tal-ħaddiema tal-casino.  Fil-fatt, sabiex kulħadd huwa mitluba li josserva r-regoli u rakkomandazzjonijiet kollha maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa Maltin. Dragonara Casino qed iżid il-frekwenza fil-proċeduri ta’ disinfettar u tindif fil-casino kuljum.

Informazzjoni Importanti Għal Kulħadd

  • Dawk kollha li se jżuru l-casino huma mitluba li jilbsu maskra jew visor tal-wiċċ.
  • Se tittieħed it-temperatura ta’ dawk kollha li jżuru l-casino.
  • Hu rakkomandat ħasil regolari ta’ l-idejn bis-sapun għal 20 sekonda.
  • Il-klijenti huma mitluba li jżommu distanza ta’ żewġ metri l-bogħod minn xulxin.
  • Stenna fil-kju fuq is-sinjali mmarkati fl-art sakemm jimxi l-persuna ta’ quddiemek.
  • Kulħadd mitlub li juża disnfettant tal-idejn.

Waqt li nirringrazzjaw lill-publiku għall-koperazzjoni f’dan il-perjodu tal-pandemija inħeġġukom iżżuru s-sit https://covid19malta.info/ għall-aħħar aġġornamenti mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Tmiem il-Ġimgħa Speċjali

Dawk kollha li se jżuru Dragonara Casino għall-ftuh mill-ġdid fi tmiem il-ġimgħa se jkunu jistgħu jgawdu minn offerta speċjali biex jakkwistaw kupun tal-logħob b’valur ta’ €200 għal prezz ta’ €150 li jista jintuża bejn il-Ġimgħa u nhar il-Ħadd, waqt li bejn it-Tnejn u l-Ħamis jista jinxtara kupun tal-logħob b’valur ta’ €250 għal prezz ta’ €200. Għal iżjed offerti żur is-sit dragonaracasino.com .

Offerta għal Klijenti Ġodda

Klijenti ġodda li se jżuru Dragonara Casino għall-ewwel darba se jibbenifikaw minn offerta speċjali tul ix-xhar ta’ Ġunju fejn jingħataw kupun ta’ €10 match and play ma’ l-ewwel darba li jiġu u kupun ta’ €10 free-bet mat-tieni darba li jżuru il-casino.

Esperjenza Unika

Mal-ftuħ mill-ġdid ta’ Dragonara Casino il-klijenti tagħna se jinnotaw kunċett ġdid; dak ta’ Bet&Dine fejn b’mod esklussiv issa tista tiekol u tixrob fid-Dragonara Sports Bar & Grill waqt li tilgħab imħatri fuq l-isport kollu li tixtieq int u ssegwi live fuq screens kbar.

Dawk kollha li jidħlu Dragonara Casino f’San Ġiljan irid ikollha 25 sena jew aktar. Ilgħab b’responsabbilta’. Żur Remote Gaming Foundation www.rgf.org . Għal iżjed dettalji żur dragonaracasino.com .

Sport