Sunday, May 19, 2024

Prosekuturi Ġermaniżi jemmnu li ċ-ċkejkna Madeleine McCann hija mejta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Prosekuturi Ġermaniżi llum żvelaw li jemmnu li Madeleine McCann hija mejta u dan hekk kif r-raġel l-aktar suspettat skont l-aħħar żviluppi huwa kkundannat b’diversi reati. Is-suspettat beda jabbuża minn “bniet żgħar” sa minn meta kien għadu żagħżugħ.

Christian Brueckner jinsab jiskonta sentenza ta’ seba’ snin ħabs fit-tramuntanta tal-Ġermanja wara li nstab ħati ta’ stupru. Huwa spiċċa fost is-suspettati ewlenin wara li hu u jixrob ma’ sieħbu qallu li “kien jaf kollox” dwar x’kien ġara minnn Maddie.

Il-Pulizija Portugiża se tkun qiegħda taffaċċja mistoqsijiet hekk kif minkejja r-rekord kriminali tiegħu ma tpoġġiex fil-lista tas-suspettati fil-każ tal-għejbien taċ-ċkejkna.

Il-prosekutur Christian Wolters f’konferenza li saret fl-aħħar sigħat qal li huma jemmnu li Madeleine tinsab mejta. Gerry u Kate McCann qalu li l-familja għad għandhom tama li jsibuha ħajja iżda ma jeskludux din it-teorija.

Brueckner allegatament tkellem dwar il-ħtif taċ-ċkejkna meta kien qiegħed jixrob ma ħabib fl-10 snin anniversarju mill-għibien tagħha meta wiċċha feġġ fuq l-istazzjonijiet televiżivi fl-2017. Wara dan huwa wera filmat tiegħu jistupra mara.

Fost l-akkużi ppubblikati fir-rivista Spiegel, l-akkużi li Brueckner qed jaffaċċja fil-Ġermanja jinkludu serq, sewqan bla liċenza u taħt l-effett tal-alkaħol, traffikar ta’ droga, abbuż fuq minorenni u pornografija ta’ minorenni fost l-oħrajn.

Fl-2019 huwa spiċċa l-ħabs wara li nstab ħati li stupra turista Amerikana f’Praia da Luz.

Aqra wkoll:

https://www.inewsmalta.com/2020/06/habsi-germaniz-suspettat-fil-htif-tac-ckejkna-madeleine/

Sport