Saturday, October 26, 2024

L-Air Malta tiċċelebra 45 sena mill-ewwel titjira lejn Zurich

Aqra wkoll

45 sena ilu, l-Air Malta operat l-ewwel titjira tagħha lejn l-Iżvizzera. It-
titjira, KM121, operata permezz tal-ajruplan Boeing 707, telqet mill-
ajruport ta’ dak iż-żmien ta’ Ħal Luqa lejn id-destinazzjoni ta’ Zurich fit-
3 ta’ April 1977.

Biex jiġi ċċelebrat dan l-avveniment importanti, l-Air Malta bil-
kollaborazzjoni tal-Ajruport ta’ Zurich, Discover the World, ir-
rappreżentanti tal-Air Malta fl-Iżvizzera u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, organizzaw avveniment bi tfakkira tal-anniversarju fit-terrazzin li joffri
veduta tal-ajruplani, bil-parteċipazzjoni tal-Konslu Onorarju għal Malta, is-Sur Vincent de Vilmorin, diversi operaturi tat-turs Żvizzeri, aġenti tal-
ivvjaġġar u ġurnalisti tal-ivvjaġġar.

Meta kienet qed titkellem fl-avveniment, Pauline Coleiro, il-Maniġer tas-
Suq Reġjonali tal-Air Malta qalet, “Matul is-snin ir-rotta kibret b’mod sostanzjali u mill-1977 ’l hawn ivvjaġġaw fuq ir-rotta aktar minn miljun passiġġier. Minn dak iż-żmien, Zurich saret destinazzjoni ewlienija fin-network tar-rotot tal-Air Malta matul is-sena kollha u llum il-linja tal-ajru topera servizz ta’ kuljum b’ajruplan Airbus A320.”

It-titjiriet tal-Air Malta bejn Malta u Zurich għandhom kodiċi kondiviż mal-
Swiss u b’hekk joffru lill-klijenti aktar għażliet tal-ivvjaġġar u konnettività bla xkiel fi Zurich lejn/min-network dinji ta’ Swiss lejn aktar minn 100 destinazzjoni.

Sport