Saturday, November 16, 2024

L-Air Malta tittrasferixxi sitt titjiriet ta’ Amsterdam lejn l-Ajruport ta’ Rotterdam 

Aqra wkoll

Minħabba s-sitwazzjoni attwali li qed taffettwa l-kapaċitajiet tas-servizzi fuq l-art fl-ajruport ta’ Schiphol ta’ Amsterdam, l-Air Malta ġiet sfurzata tittrasferixxi sitt titjiriet skedati biex joperaw bejn Malta u l-ajruport ta’ Schiphol ta’ Amsterdam (AMS), biex minflok joperaw lejn l-ajruport ta’ Rotterdam (RTM). L-Ajruport ta’ Rotterdam huwa l-eqreb ajruport għal Amsterdam (minbarra Schiphol). 

Ir-rekwiżit li jiġu kkanċellati t-titjiriet u li jitnaqqas l-operat f’Amsterdam matul ix-xahar ta’ Lulju ġie infurzat fuq il-linji tal-ajru kollha mill- Koordinatur tal-Islottijiet tan-Netherlands. Id-deċiżjoni li wieħed jopera lejn l-ajruport ta’ Rotterdam minflok, ittieħdet biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun, l-inkonvenjenzi u t-tfixkil tal-passiġġieri. 

It-titjiriet affettwati tal-Air Malta huma l-KM386/387 li joperaw nhar ta’ Tnejn u Erbgħa wara nofsinhar mill-11 sas-27 ta’ Lulju. 

Il-klijenti tal-Air Malta li bbukkjaw direttament mal-linja tal-ajru biex jivvjaġġaw lejn/minn Amsterdam fil-11, fit-13, fit-18, fl-20, fil-25 u fis- 27 ta’ Lulju bħalissa qed jiġu nnotifikati mill-Air Malta b’din il-bidla permezz ta’ email. Il-klijenti li jkunu bbukkjaw permezz ta’ aġenti tal- ivvjaġġar jew operaturi turistiċi huma ġentilment mitluba jikkuntattjaw lill- aġent tal-ivvjaġġar tagħhom għal aktar dettalji. 

Is-servizzi ta’ sostituzzjoni ta’ Rotterdam se joperaw kif ġej: 

L-Air Malta tixtieq tiskuża ruħha għal dan it-tfixkil ikkawżat minn ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tagħha u li ġie sfurzat fuq il-linji tal-ajru li joperaw mill-Ajruport Schiphol ta’ Amsterdam. 

Ekonomija

Sport