Wednesday, April 24, 2024

Frenkie de Jong jirrifjuta li jħalli lil Barcelona

Aqra wkoll

Frenkie de Jong qed jirrifjuta li jħalli lil Barcelona minkejja li l-club Katalan laħaq ftehim dwaru ma’ Manchester United fil-jiem li għaddew.

Il-player internazzjonali Olandiż huwa l-mira ewlenija tal-club Ingliż fis-suq attwali, u huwa mifhum li r-Red Devils laħqu “ftehim’” ma’ Barcelona dwar il-player ta’ 25 sena.

Manchester United huma maħsuba li huma ppreparati bi ħlas bil-quddiem ta’ £56.2m għall-midfielder, bil-ħlas jiżdied permezz ta’ diversi bonuses għall-player.

Sport