Il-linja nazzjonali tal-ajru, Air Malta, saħħet il-flotta tagħha bil-ħames ajruplan tat-tip Airbus A320neo li wasal Malta lbieraħ fuq titjira minn Toulouse fi Franza.
It-titjira kienet l-aħħar waħda għall-Kaptan Patrick Calleja wara karriera ta’ 31 sena mal-Air Malta. Huwa kien inkarigat mit-titjira bl-assistenza tal-uffiċjal Mark Attard.
Fil-preżent l-Air Malta topera seba’ ajruplani Airbus, 4 A320neo u 3 A320ceo. L-ajruplan il-ġdid jesa 180 passiġġier u mgħammar bl-aħħar teknoloġija. Dan hekk kif fost affarijiet oħra, dan jinkludi sistema teknoloġika moderna li tippermetti lil dawk li jtiru fuqu li fost l-oħrajn jaraw filmati u anke jilagħbu xi logħob.
L-Air Malta bdiet timmodernizza l-flotta tagħha fl-2018.
Fl-2018 l-Air Malta bdiet timmodernizza l-flotta tagħha billi bidlet l-ajruplani tat-tip A320ceo għall-A320neo li jaħlu inqas fjuwil u jniġġsu inqas. Fil-fatt huwa kkalkulat li l-A320neo jaħlu madwar 20% inqas ta’ fjuwil.