Bħala parti mill-impenn tal-Air Malta biex tiżgura s-saħħa u sikurezza tal-passiġieri tagħha, il-Linja tal-Ajru rrevediet il-proċeduri operattiv tagħha li jinkludu wkoll l-proċess ta’ tindif. Il-bidliet huma maħsuba biex jiżguraw ambjent aktar sikur matul t-titjiriet.
Il-Linja tal-Ajru ilha taħdem ma diversi Awtoritajiet u msieħba tal-industrija u ħadet il-miżuri kollha meħtieġa kif ġie rrakkomandat mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza fl-Avjazzjoni (EASA). Dawn il-bidliet jiżguraw l-ogħla standards ta’ saħħa u sigurta, mhux biss abbord ittitjiriet, iżda wkoll matul kull fażi ta’ kuntatt mal-klijenti.
Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-miżuri u kif wieħed għandu jipprepara għal vjaġġ li jmiss, jekk jogħġbok żur https://www.airmalta.com/caring-for-your-health-and-safety







