Monday, May 6, 2024

ARA: Il-MAM tisħaq li l-ftuħ tal-ajruport huwa “riskju li għandna bżonn nieħdu”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn ANTHEA CACHIA

YouTube video

Il-President tal-Medical Association of Malta (MAM) Dr. Martin Balzan qal li minkejja li s-sitwazzjoni f’pajjiżna bħalissa hija waħda tajba ħafna, l-unika ċans li negħlbu l-COVID-19 huwa possibli biss f’vaċċin. Huwa qal li, “issa li se niftħu l-ajruport għax bżonn… riskju li għandna bżonn nieħdu,” huwa essenzjali li l-linji gwidi jibqgħu jiġu segwiti. Għaldaqstant huwa qabel bi sħiħ mas-suġġeriment ta’ Profs. Charmaine Gauci meta qalet li minkejja li l-maskri m’hemmx għalfejn jintlibsu ta’ bilfors, huwa tajjeb li wieħed jibqa’ jilbishom. 

Huwa qal dan f’konferenza tal-aħbarijiet fejn sostna li meta nfetħu r-restoranti u l-hairdressers kellhom biża’ dwar it-tixrid ta’ dan il-virus, iżda żied jgħid li l-poplu Malti qiegħed jagħmel dmiru billi jsegwi l-linji gwidi. “In-numri huma tajbin u l-linji gwida li għamlu l-public health jidhru li ħadmu. Ħdejn Malta, ftit hemm pajjiżi li għamlu swab-test daqsna u allura s-sitwazzjoni hija tajba,” qal Dr. Balzan. 

Huwa żied jgħid li, “L-għaqal kollhu li kellna issa jeħtieġ li jinżamm,” filwaqt li saħaq dwar l-importanza li nkomplu nimxu mal-linji gwidi importanti li jinkludu; il-ħasil tal-idejn, distanza ta’ 2 metri bejn kull persuna u tintlibes il-maskra meta jkun hemm bżonn. 

F’kumment mogħti minn Profs Gauci lis-sit inewsmalta dwar l-iswabbing fuq it-turisti li jidħlu f’Malta, hija qalet li, inutli li t-turisti jagħmlu swab-test 48 siegħa qabel ma’ jiġu Malta għaliex it-test li jsir ikun ta’ dak il-mument u l-virus jista’ jimmultiplika aktar tard. 

B’reazzjoni għal dan, il-President tal-MAM qal, “[Il-proposta] ma ġietx milqugħa mill-Gvern. Mill-informazzjoni li għandi jiena mhux minħabba raġuni mediċi imma għal raguni ta’ business u li hekk qiegħed tgerrex it-turisti. Nafu li kien hemm rikjesta għal min jiġi jitgħallem l-Ingliż speċjalment dawk li jmorru għand il-familji. Kien hemm reżistenza mill-Ministeru għat-Turiżmu biex din tidħol, li min imur ma’ familja u mhux ġewwa [lukanda], u li qiegħed jitħallat iżjed. Minn informazzjoni li għandna aħna dik id-deċiżjoni ma ttiħditx mit-tobba iżda ttieħedet mill-livell politiku.”

Sport