Sunday, November 3, 2024

L-Air Malta Tniedi r-rotta ta’ Madrid fil-Kapitali Spanjola 

Aqra wkoll

L-Air Malta nediet ir-rotta l-ġdida tagħha ta’ tliet darbiet fil-ġimgħa lejn il-kapitali Spanjola fil-Palazz prestiġjuż ta’ Santoña, dar tal-Kamra tal-Kummerċ, Industrija u Servizzi ta’ Madrid. L-avveniment kien organizzat bi sħab mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-Ambaxxatur Malti fi Spanja, u l-Kamra tal-Kummerċ, l-Industrija u s-Servizzi ta’ Madrid. 

Aktar minn 70 intraprenditur Spanjol, aġenti tal-ivvjaġġar u membri tal-istampa Spanjola attendew għall-avveniment li kien jinkludi preżentazzjonijiet u diskorsi mill-Ambaxxatur Malti – Daniel Azzopardi, l-Viċi President tal-Kamra tal-Kummerċ, Industrija u Servizzi ta’ Madrid – Augusto de Castañeda García, d-Direttur tal-Air Malta fi Spanja – Eva Bretos, il-Manager tal-Bejgħ Reġjonali tal-Air Malta – Jose Espartero u Monika Diez mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fi Spanja. 

Waqt l-attività l-Ambaxxatur Azzopardi qal, “Netwerk interkonness Ewropew tat-trasport huwa wieħed mill-prekundizzjonijiet għal suq intern Ewropew li jiffunzjona b’mod tajjeb. Ir-rotta tal-Air Malta reċentement mneddija għal Madrid tikkontribwixxi b’mod pożittiv f’dan ir-rigward. Bħala pass li jmiss ħassejna li jkun ideali li nintroduċu r-rotta lill-komunità kummerċjali ta’ Madrid permezz tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Madrid. Il-Kamra għandha aktar minn nofs miljun membru li joperaw f’firxa ta’ industriji li jistgħu jirrikjedu s-servizzi tal-Air Malta u nittamaw li dan l-avveniment jiġġenera potenzjal f’dan ir-rigward”. 

Is-Sinjura Bretos żiedet tgħid, “Dan l-avveniment huwa parti mill-aħħar irtokki għall-bidu mill-ġdid b’suċċess tal-operat tagħna fi Spanja u ppermetta lill-komunità lokali tiskopri mill-ġdid il-potenzjal ta’ Malta kemm bħala destinazzjoni turistika kif ukoll bħala destinazzjoni ta’ investiment. Aħna grati ħafna lill-imsieħba kummerċjali lokali tagħna kollha għall-merħba eċċellenti ta’ din it-titjira diretta ġdida bejn Madrid u Malta.” 

“Malta hija destinazzjoni attraenti ħafna għat-turisti Spanjoli minħabba l-prossimità tagħha u l-offerta kulturali u ta’ divertiment eċċellenti tagħha. Barra minn hekk, aħna marbuta b’rabtiet storiċi profondi u stil ta’ ħajja Mediterranja simili. Kuntenti ħafna li nerġgħu nilqgħu turisti mill-pajjiż u nittamaw li din ir-rotta l-ġdida ssaħħaħ l-pożizzjoni tagħna f’dan is-suq strateġiku”, spjegat is-Sinjura Diez. 

Il-mistednin ġew wara ospitati għal riċeviment żgħir li kien jinkludi nbejjed Maltin minn Ta’ Betta u xorb popolari Malti bħall-Kinnie, Cisk Lager u Blue Label, offruti minn Farsons. 

L-Air Malta reġgħet bdiet it-titjiriet lejn il-kapitali Spanjola fl-4 ta’ April 2022 wara assenza ta’ 10 snin. Il-linja tal-ajru qed topera titjiriet kull nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa. 

Mit-22 ta’ Ġunju li ġej

Sport