Tuesday, September 24, 2024

L-AirMalta tħassar it-titjiriet lejn Tel Aviv

Aqra wkoll

L-Air Malta fi stqarrija qalet li kienet kostretta tħassar it-titjiriet lejn Tel Aviv minħabba s-sitwazzjoni kif qiegħda tiżviluppa f’Iżreal.

It-titjiriet imħassrin huma dawk li kellha titlaq għada t-Tnejn – titjira KM826 – u l-oħra l-Erbgħa – titjira KM826.

Il-kumpanija tiskuża ruħa ta’ kull inkonvenjent li seta’ nħoloq lill-passiġġieri, iżda s-saħħa u s-sigurtà kemm tal-istess passiġġieri u anke tal-membri tal-ekwipaġġ jibqgħu prijorità.

Il-passiġġieri li huma bbukjati fuq dawn it-titjiriet jistgħu jbiddlu d-data ta’ meta jridu jivvjaġġaw lejn Tel Aviv, jistgħu jbiddlu d-destinazzjoni jew inkella japplikaw biex jingħataw il-flus lura.

L-AirMalta se tkun qiegħda ssewgi mill-qrib dak li qiegħed jiġri fil-belt ta Tel Aviv u fil-jiem li ġejjin tħabbar jekk hux se topera lejn din il-belt.

F’każ ta’ diffikultà wieħed jista’ jċempel lil customer care tal-linja tal-ajru fuq +356 21 662 211.

Sport