Wednesday, July 24, 2024

Iżrael jipprova jerġa’ jieħu kontroll tal-art li ttieħdet lura mill-Hamas

Aqra wkoll

Dak li qiegħed jiġri f’Iżreal, qatt ħadd ma ra bħalu fl-istorja moderna tal-Lvant Nofsani hekk kif il-grupp militanti Hamas beda attakk aħrax biex b’hekk jerġa’ jieħu lura l-art li ġiet okkupata kontra kull permess minn Iżreal.

Il-mexxejja tal-Hamas qalu li huma jridu l-art li hija tagħhom hekk kif kull gvern Iżraelit bil-mod il-mod matul is-snin baqa’ jċekken l-art li hija tal-Palestinjani.

Il-forzi Iżraliti matul il-lejl li għadda wettqu attakki mill-ajru fuq il-medda ta’ Gaza fejn waqqgħu diversi bini residenzjali. Rapporti fil-midja qalu li l-forzi Iżraeljani kellhom ordni biex jitfgħu l-bombi bl-addoċċ.

Min-naħa tagħhom il-grupp Hamas bdew jaħtfu persuni ċivili u bl-aktar mod brutali bdew isawtulhom sal-mewt. Mijiet ta’ perusni ċivili ġew maħtufin u issa jinsabu x’postijiet qrib Gaza.

Il-Prim Ministru Iżrealit sejjaħ lill-partit tal-Oppożizzjoni biex jgħaqqdu Gvern t’emerġenza u jkunu d-deputati kollha li jkunu jmexxu l-pajjiż fi żmien ta’ gwerra. Li hu żgur li din hija gwerra li tista’ tieħu fit-tul hekk kif il-grupp Hamas qal li mhux se jċedi qabel Iżrael jitrira mill-art kollha okkupata.

Ekonomija

Sport