Saturday, December 21, 2024

L-Airmalta tnaqqas sitt destinazzjonijiet

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mis-27 ta’ Jannar li ġej il-linja nazzjonali tal-ajru se twaqqaf sitt destinazzjonijiet mill-14 li qiegħda ttir lejhom bħalissa. Is-sitt ajruporti huma ta’ Munich, Berlin u Dusseldorf, Vjenna, Milano Linate u Orly.

L-Airmalta se tibqa’ ittir lejn Amsterdam, Brussel, Pariġi (l-ajruport Charles de Gaulle), Katanja, Ruma (Fiumicino), Frankfurt, Londra (Heathrow) u Zurich. Kull ġimgħa hija se tagħmel 19-il titjira bir-ritorn fejn kull nhar ta’ Tnejn se ttir lejn Katanja, Frankfurt, Londra, Pariġi, Ruma u Zurich.

Nhar ta’ Tlieta se ttir biss lejn Amsterdam, l-Erbgħa lejn Frankfurt, Londra u Ruma waqt li l-Ħamis mhu se ttir imkien.Il-Ġimgħa ttir lejn Brussel, Katanja, Londra, Pariġi, Ruma u Zurich; is-Sibt imkien mentri l-Ħadd se ttir lejn Amsterdam, Brussel u Frankfurt.

Id-deċiżjoni li tnaqqas l-ajruporti li ttir lejhom ittieħdet fl-isfond tat-tnaqqis fil-passiġġieri minħabba l-pandemija. L-iskeda l-ġdida se tibqa’ fis-seħħ sal-aħħar ta’ Frar fejn imbagħad l-Airmalta se tiddeċiedi żżommhix jew tagħmilx xi tibdil fiha.

Ekonomija

Sport