Monday, December 9, 2024

Rappreżentanti tan-negozji jaqblu li l-vawċers jinħarġu iktar tard

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw in-negozju laqgħu d-deċiżjoni mħabbra mill-Gvern ilbieraħ, li l-vawċers jingħataw wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati u meta jkunu fetħu negozji li kellhom jingħalqu minħabba żieda fil-każi tal-virus.

Fi stqarrija maħruġa mill-Kamra ta-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ntqal li kull deċiżjoni li tittieħed mill-Gvern għandha tkun fl-interess tas-saħħa pubblika, u stqarret li minkejja li ħafna operaturi qed jistennew il-vawċers li mistennija jagħtu mbuttatura ekonomika, is-sigurtà pubblika għandha tingħata prijorità.

L-Assoċjazzjoni għall-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) qalet li fid-dawl taż-żieda fil-każi ta’ Covid-19, id-deċiżjoni tal-Gvern li jipposponi l-ħruġ tal-vawċers hija waħda għaqlija. 

Hija tenniet li l-iskop wara din l-imbuttatura ekonomika huwa li tiġi mħarsa s-saħħa tal-klijenti u li tkun kontrollata l-pandemija.

Ekonomija

Sport