Tuesday, December 24, 2024

L-ajruport ibassar li se jagħlaq is-sena b’5.4 miljun passiġġier

Aqra wkoll

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qiegħed jistenna li jagħlaq is-sena 2022 b’5.4 mljun passiġġier, liema ċifra hija kumparabbli mat-traffiku li kellu l-istess ajruport fl-2016 u l-2017. 

Dan it-tbassir tħabbar waqt konferenza stampa li saret dalgħodu u li matulha l-Kap Eżekuttiv tal-MIA Alan Borg spjega li, wara sentejn ta’ inċertezza kbira, il-kumpanija ħasset li kienet f’pożizzjoni li tagħti tbassir lis-suq. 

Fl-ewwel nofs tal-2022, l-ajruport laqa’ 2.3 miljun passiġġier hekk kif it-traffiku rkupra b’pass mgħaġġel fit-tieni kwart tas-sena u patta għall-ewwel tliet xhur li kienu aktar kwieti. Minkejja dawn is-sinjali inkoraġġanti ta’ rkupru, l-industrija tal-avjazzjoni internazzjonali qiegħda tkompli tiġi affettwata minn għadd ta’ sfidi bħal azzjonijiet industrijali, nuqqas ta’ riżors umai u limitazzjonijiet operazzjonali, kif ukoll diversi fatturi ġeopolitiċi u ekonomiċi. 

Is-Sur Borg ippreżenta wkoll l-iskeda ta’ titjiriet għax-xitwa li mistennija toffri 83 rotta, jiġifieri madwar 80% tal-konnessjonijiet li kellu l-ajruport qabel il-pandemija. Tnejn mir-rotot li se jerġgħu jibdew jiġu offruti din ix-xitwa wara li kienu twaqqfu fil-bidu tal-pademija huma Skopje fil-Maċedonja ta’ Fuq u Cluj fir-Rumanija, li se jkunu operati mil-linja tal-ajru Wizz Air. 

Ekonomija

Sport